Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CIVR et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/09) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rrikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati – Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni – Irtirar tad-deċiżjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoniˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Conseil interprofessionnel des vins du Roussillon à appellation d’origine contrôlée (CIVR) (Perpignan, Franza); Comité national des interprofessions des vins à appellation d’origine et à indication géographique (CNIV) (Pariġi, Franza) u Interprofession nationale porcine (Inaporc) (Pariġi) (rappreżentanti: H. Calvet, O. Billard u Y. Trifounovitch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas, u l-aħħar minn B. Stromsky, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, li tirrigwarda l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rrikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.