Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Frar 2011 - Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat)

(Kawża T-299/09 u T-300/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f'taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f'taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gühring OHG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u B. Schmidt, aġenti)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każijiet R 1330/2008 -1 u R 1329/2008-1) dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u tat-taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-299/09 u T-300/09 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Gühring OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009.