Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2023 – Clofor vs EUIPO Sitges Alonso (Poteaux)

(Kawża T-208/23)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Clofor (Renage, Franza) (rappreżentant: P. Debré, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Sitges Alonso (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Poteaux) – disinn tal-Unjoni Nru 2 951 335-0001

Proċediment quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1103/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tiċħad it-talba ta’ invalidità tal-mudell Komunitarju Nru 2 951 335-0001 ;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inkluż dawk sostnuti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tal-istess regolament;

Bdil fl-oneru tal-prova u ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________