Language of document : ECLI:EU:T:2012:329





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-28 taʼ Ġunju 2012 — Constellation Brands vs UASI (COOK’S)

(Kawża T-314/10)

“Trade mark Komunitarja — Trade mark Komunitarja verbali COOK’S — Assenza ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark — Tħassir tat-trade mark mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni — Rikors għal restitutio in integrum — Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet — Viġilanza mitluba miċ-ċirkustanzi — Delegazzjoni tad-dmirijiet amministrattivi dwar it-tiġdid ta’ trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punti 17, 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet — Viġilanza mitluba miċ-ċirkustanzi — Avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali u, għaldaqstant, imprevedibbli — Żball uman f’talba għal informazzjoni — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punti 19, 28, 29)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1048/2009‑1), sa fejn hija ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Constellation Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.