Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) – il-Portugall) – Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-256/14) 1

[Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 9, 73, 78, l-ewwel paragrafu, punt a), 79, l-ewwel paragrafu, punt c) – Valur taxxabbli – Inklużjoni tal-ammont tat-taxxi muniċipali ta’ okkupazzjoni ta’ taħt l-art imħallsa mill-kumpannija konċessjonarja tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass fil-valur taxxabbli tal-VAT applikabbli għas-servizz ipprovdut minn din il-kumpannija lill-kumpannija responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-gass]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lisboagás GDL, Sociedade Distribuidora de Gás Natural de Lisboa SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikoli 9(1), 73, il-punt a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78, u l-punt c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 79 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ammont ta’ taxxi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jitħallas lill-muniċipalitajiet mill-kumpannija konċessjonarja ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni tal-gass minħabba l-użu tal-qasam pubbliku tal-imsemmija muniċipalitajiet u li mbagħad jiġi mgħoddi minn din il-kumpannija fuq kumpannija oħra, responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-gass, imbagħad minn din tal-aħħar fuq il-konsumaturi finali, għandu jiġi inkluż fil-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għas-servizz ipprovdut mill-ewwel waħda fost dawn il-kumpanniji lit-tieni kumpannija skont l-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva

____________

1 ĠU C 303, 8.9.2014.