Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2012 - Ted-Invest vs UASI - Scandia Down (sensi scandia)
(Kawża T-516/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ted - Invest EOOD (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scandia Down LLC (Weehawken, l-Istati Uniti tal-Amerka)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 2247/2011-1, li tiddikjara t-trade mark bħala invalida għall-prodotti fil-klassijiet 20 u 24;
sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali ma tilqax ir-rikors kollu, tilqa' ir-rikors u tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell rigward il-prodotti fil-klassi 20.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva "sensi scandia", għal prodotti fil-klassijiet 16, 20 u 24 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8 596 975
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(1) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, u kienet ibbażata fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8 173 312 tat-trade mark verbali "SCANDIA HOME", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 20, 24, 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiddikjara t-trade mark ikkontestata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53 (1) moqri flimkien mal-Artikoli 8(2) u 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________