Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – mobile.international vs UASI – Kummissjoni (PL mobile.eu)

(Kawża T-519/12) 1

(“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1401/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u mobile.international GmbH.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mill-konvenut.