Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – English Cut (The English Cut)

(Kawża T-515/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali The English Cut – Trade marks nazzjonali verbali u Komunitarji figurattivi preċedenti El Corte Inglés – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni – Rabta bejn is-sinjali – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. L. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: The English Cut, SL (Málaga, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1673/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u The English Cut, SL.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.El Corte Inglés, SA hija kkundannata għa

ll-ispejjeż.