Language of document : ECLI:EU:T:2014:131





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑518/12)

“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Deċiżjoni ta’ għeluq ta’ proċedura fil-kuntest tal-proġett EU Pilot – Twaqqif ta’ lment – Nuqqas ta’ tressiq ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Esklużjoni (Artikolu 258 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 18, 19, 24, 25, 32)

2.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Fażi prekontenzjuża tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta’ lment – Esklużjoni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 20, 23, 29)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Eżerċizzju diskrezzjonali – Pożizzjoni proċedurali tal-lanjanti li hija differenti minn dik fil-qasam tal-kompetizzjoni (Artikolu 258 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004) (ara l-punt 30)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO, kif imsemmi fl-ittra tas-27 ta’ Settembru 2012, mibgħuta lir-rikorrenti bir-referenza SANCO/A2/AM/kvs (2012) 1245353.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.