Language of document : ECLI:EU:T:2014:890

Kawża T‑517/12

Alro SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffi preferenzjali — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014

1.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti intiżi li joħolqu effetti ġuridiċi — Kunċett — Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali li qed tiġi implementata suġġetta għall-klassifikazzjoni provviżorja bħala għajnuna ġdida — Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE, 108(3) TFUE u 263 TFUE)

4.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura Statali li ma għadhiex fi stadu ta’ eżekuzzjoni — Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE, 108(2) TFUE u 263 TFUE)

5.      Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors

6.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti skont is-sustanza tal-att

(Artikolu 263 TFUE)

7.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Effett dirett — Supremazija — Kunflitt bejn deċiżjoni tal-Kummissjoni u deċiżjoni nazzjonali — Obbligi u setgħat tal-qorti nazzjonali adita

(Dikjarazzjoni Nru 17 annessa mat-Trattat UE u FUE)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali — Rikors għal annullament iddikjarat inammissibbli mill-Qorti Ġenerali — Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja — Assenza — Possibbiltà li l-qorti nazzjonali tiġi proposta tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari

(Artikolu 108(2) TFUE u 267 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

1.      Fil-kuntest ta’ kawżi għal annullament ippreżentati minn Stati Membri jew minn istituzzjonijiet, huma intiżi sabiex jipproduċu effetti legali vinkolanti huma kkunsidrati bħala atti li jistgħu jiġi kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-istituzzjonijiet, indipendentement mill-forma. Barra minn hekk, Stat Membru jista’ jippreżenta rikors għal annullament ta’ att li jipproduċi effetti legali vinkolanti mingħajr il-bżonn li dan juri interess ġuridiku.

Meta r-rikors għal annullament huwa ppreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika kontra att li hija d-destinatarja tiegħu, l-effetti legali vinkolanti prodotti mill-att għandhom ikunu ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jemendaw b’mod ikkaratterizzat is-sitwazzjoni ġuridika tiegħu. Meta rikors għal annullament jiġi ppreżentat minn rikorrent bħala parti mhux privileġġata kontra att li huwa ma huwiex id-destinatarju tiegħu, ir-rekwiżit li jipprovdi li l-effetti ġuridiċi vinkolanti tal-miżura kkontestat għandhom ikunu tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jemendaw b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni legali tiegħu, jikkoinċidi mal-kundizzjonijiet imposti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

(ara l-punti 22, 24, 25)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 23)

3.      Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura fi stadju ta’ eżekuzzjoni u li tkun ikklassifikata bħala għajnuna ġdida mill-Kummissjoni tibdel neċessarjament il-portata legali tal-miżura kkunsidrata, kif ukoll is-sitwazzjoni legali tal-impriżi li jkunu l-benefiċjarji tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tat-tkomplija tal-implementazzjoni ta’ din il-miżura. Deċiżjoni bħal din tista’ wkoll tkun invokata quddiem qorti nazzjonali mitluba sabiex tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE. Fl-aħħar nett, din tista’ twassal lill-impriżi li jibbenefikaw mill-miżura jirrifjutaw, f’kull każ, ħlasijiet ġodda jew vantaġġi ġodda jew li jżommu s-somom neċessarji għal kumpensi finanzjarji eventwali ulterjuri. Il-komunità tan-negozju wkoll tieħu inkunsiderazzjoni, fir-relazzjonijiet tagħha mal-benefiċjarji msemmija, is-sitwazzjoni legali u finanzjarja prekarja ta’ dawn tal-aħħar.

Dawn l-effetti legali awtonomi għandhom jinftiehmu bħala l-effetti legali vinikolanti prodotti mill-miżuri preparatorji jew intermedjarji, bħal, f’dan il-każ, id-deċiżjoni kkontestata, li fir-rigward tagħhom rikors kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura marbuta mal-għajnuna mill-Istat preżunta ma huwiex ta’ natura li jiżgura protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti fir-rigward tal-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna preżunta.

(ara l-punti 27-29)

4.      B’differenza minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li tkun fi stadju ta’ eżekuzzjoni, deċiżjoni ta’ din in-natura li tikkonċerna miżura li ma għadhiex fi stadju ta’ eżekuzzjoni ma tagħtix lok għal effetti legali awtonomi, u, għaldaqstant, ma tipproduċix effetti legali vinkolanti, minħabba nuqqas ta’ portata immedjata, ċerta u suffiċjentement vinkolanti fil-konfront tal-Istat Membru destinatarju u l-benefiċjarju jew il-benefiċjarji tal-miżura ineżami. B’hekk, din ma tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.

F’dan ir-rigward, l-inċertezza kummerċjali u l-perċezzjonijiet tal-operaturi l-oħra dwar is-sitwazzjoni tal-benefiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna, bħalma hija r-rikorrenti f’dan il-każ, ma jistgħux jitqiesu bħala effetti legali vinkolanti, peress li dawn huma sempliċi konsegwenzi fattwali u mhux effetti legali li d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali hija maħsuba li tipproduċi.

(ara l-punti 35, 39, 44, 63)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 46)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 50)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 56)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 59)