Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2023 – Starwe Global vs EUIPO – Mirus Beheer (VA VIVAIA)
(Kawża T-1090/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Starwe Global Holding Inc. (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Rieger-Jansen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mirus Beheer BV (Kaatsheuvel, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VA VIVAIA – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 266 193
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 2306/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-intier tagħha;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż kollha in solidum tar-rikorrenti ta’ din il-proċedura.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta’ evalwazzjoni żbaljata tax-xebh bejn is-sinjali;
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta’ konstatazzjoni żbaljata ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali.
____________