Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Novembru 2009 - Scheucher-Fleisch et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/04)1

("Għajnuna mill-Istat - Agrikoltura - Sistema ta' għajnuna favur programmi ta' kwalità fis-settur agroalimentari fl-Awstrija - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Status ta' parti interessata - Protezzjoni tad-drittijiet proċedurali - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji - Linji gwida applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għar-reklamar")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Scheucher-Fleisch GmbH (Ungerdorf, l-Awstrija) ; Tauernfleisch Vertriebs GmbH (Flattach, l-Awstrija) ; Wech-Kärntner Truthahnverarbeitung GmbH (Glanegg, l-Awstrija) ; Wech-Geflügel GmbH (Sankt Andrä, l-Awstrija); u Johann Zsifkovics (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Hofer u T. Humer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 2037 finali, tat-30 ta' Ġunju 2004, rigward l-Għajnuna mill-Istat NN 34A/2000 dwar il-programmi ta' kwalità u t-tikketti "AMA-Biozeichen" u "AMA-Gütesiegel" fl-Awstrija.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal Kummissjoni C (2004) 2037 finali, tat-30 ta' Ġunju 2004, dwar l-Għajnuna mill-Istat NN 34A/2000 dwar il-programmi ta' kwalità u t-tikketti "AMA Biozeichen" u "AMA Gütesiegel" fl-Awstrija, hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Scheucher-Fleisch GmbH, Tauernfleisch Vertriebs GmbH, Wech-Kärntner Truthahnverarbeitung GmbH, Wech-Geflügel GmbH u Johann Zsifkovics.

____________

1 - ĠU C 300, 4.12.2004.