Language of document : ECLI:EU:T:2008:598





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – General Química et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lasktu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali u ffissar tal-prezzijiet – Imputazzjoni lill-kumpannija parent – Responsabbiltà insolidum – Multi – Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni”

1.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u kumpanniji sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 58, 59, 61, 62, 82)

2.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ftehim orizzontali fuq il-prezz (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 102-107)

3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Neċessità li ssir distinzjoni bejn l-impriżi implikati fl-istess ksur skont id-dħul mill-bejgħ globali tagħhom - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, paragrafu 6 tal-punt 1 A) (ara l-punti 110-112)

4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, paragrafu 6 tal-punt 1 A) (ara l-punt 113)

5.                     Kompetizzjoni - Multi - Evalwazzjoni skont l-aġir individwali tal-impriża - Effett tan-nuqqas ta’ sanzjoni kontra operatur ekonomiku ieħor - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7 u 23) (ara l-punti 117, 118)

6.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Evalwazzjoni tal-livell ta’ kooperazzjoni pprovduta minn kull waħda mill-impriżi matul il-proċedura amministrattiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, Titolu B) (ara l-punti 146, 147, 150, 154, 155)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Co. Inc. (ex Uniroyal Chemical Co. Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corp. (ex Crompton Corp.), General Química, SA, Repsol Química, SA u Repsol YPF, SA (Każ COMP/F/C.38.443 – Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lasktu) (ĠU 2006, L 353, p. 50), kif ukoll, sussidjarjament, tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

General Química, SA, Repsol Química, SA u Repsol YPF, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni.