Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Settembru 2011 - Elosta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/09)1

("Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Tardività - Nuqqas ta' forza maġġuri - Nuqqas ta' żball skużabbli - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdelrazag Elosta (Pinner, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u A. McMurdie, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u M. Konstantinidis, agenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Szostak, G. Étienne, M. Josephides u E. Finnegan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta' Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban, (ĠU L 345, p. 60), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

A. Elosta huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 103, 15.01.2011.