Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Settembru 2011 – Maftah vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/09)

“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Assenza ta’ forza maġġuri – Assenza ta’ żball skużabbli – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Data tal-pubblikazzjoni - Regolament li jimponi miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament li jkompli jipproduċi effetti sat-tħassir tiegħu - Assenza ta’ effett (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1330/2008) (ara l-punti 20, 21, 37)

2.                     Proċedura - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Natura ta’ ordni pubbliku (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 101(1)(a) u (b)) (ara l-punti 29, 38, 41)

3.                     Proċedura - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Dekadenza - Żball skużabbli - Kunċett - Żball imwettaq mill-konsulent tar-rikorrenti fir-rigward tal-kalkolu tat-termini - Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 101(1)) (ara l-punti 31, 32)

4.                     Proċedura - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Dekadenza - Digriet preċedenti li jirrikonoxxi lir-rikorrent il-benefiċċju tal-għajnuna legali - Assenza ta’ effett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 96(4)) (ara l-punti 35, 36)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 345, p. 60), sa fejn dan l-att jirrigwarda lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Elmabruk Maftah huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.