Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-99/09 u T-308/09) 1

(“FEŻR – Programm Operazzjonali Reġjonali (POR) 2000 - 2006 għar-Regione Campania – Regolament (KE) Nru 1260/1999 – Artikolu 32(3)(f) – Deċiżjoni li ma jsirux il-pagamenti intermedji relatati mal-miżura tal-POR li tikkonċerna l-immaniġġar u r-rimi ta’ skart – Proċeduri ta’ ksur kontra l-Italja”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili u, fil-Kawża T-99/09, ukoll G. Palmieri, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonjiet li jinsabu fl-ittri tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2008, tat-2 u tas-6 ta’ Frar 2009 (Nri 012480, 000841 u 001059 – Kawża T-99/09) u tal-20 ta’ Mejju 2009 (Nru 004263 – Kawża T-308/99) li jiddikjaraw inammissibbli, skont l-Artikolu 32(3)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31), it-talbiet għall-ħlas tal-pagamenti intermedji tal-awtoritajiet Taljani intiżi għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti, wara d-29 ta’ Ġunju 2007, taħt il-Miżura 1.7 tal-Programm Operazzjonali “Campania”.DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.