Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2009 - Tubesca vs UASI - Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.)

(Kawża T-98/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tubesca (Ailly-sur-Noye, Franza) (rappreżentant: F. Greffe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tubos del Mediterráneo, SA (Sagunto, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

annullament tad-deċiżjoni mogħtija mir-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI fis-17 ta' Diċembru 2008, fil-Każ R 518/2008-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tubos del Mediterráneo, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A." għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 35 u 42 - Applikazzjoni Nru 4 085 098

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali nazzjonali u t-trade mark figurattiva internazzjonali "TUBESCA" għal prodotti fil-klassijiet 6, 19 u 20

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment; reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: għall-konsumatur ta' attenzjoni medja jew għall-utent finali teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, speċjalment minħabba li t-trade marks "TUBESCA" huma magħrufa sew u ferm distintivi.

____________