Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2009 - von Oppeln-Broniikowski u von Oppeln-Bronikowski vs UASI - Pomodoro Clothing (promodoro)

(Kawża T-103/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anna Elisabeth Richarda von Oppeln-Bronikowski u Baron Zebulon Baptiste von Oppeln-Bronikowski (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pomodoro Clothing Company Ltd. (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Jannar 2009 fil-Każ R 325/2008-1

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "promodoro" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35 - Applikazzjoni Nru 3 587 557

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Ingliża "POMODORO" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 1 peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra, b'mod żbaljat, prova tal-użu ppreżentata wara li skada t-terminu mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell; Ksur tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonkludi li l-provi ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fit-terminu stabbilit ma kinux jikkostitwixxu prova suffiċjenti tal-użu tat-trade mark iċċitata fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni; Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell kkonstatata, b'mod żbaljat, li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat- 13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).