Language of document : ECLI:EU:T:2012:155





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Marzu 2012 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/09)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali — Rikors tal-benefiċjarji effettivi ta’ għajnuna mogħtija skont din l-iskema u li għandha tiġi rkuprata —Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21-23)

2.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza ta’ preċiżjoni li tikkonċerna l-ammont, id-data u l-għan tal-miżuri li bbenefikaw minnhom ir-rikorrenti — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 26, 31, 33)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza (ĠU L 127, p. 11).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

P. Connefroy u J-G. Gueguen u l-EARL de Cavagnan huma kkundannati jħallsu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.