Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 - DC-Hadler Networks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/06) 1

("Kuntratt pubbliku għal provvisti - Programm TACIS - deċiżjoni ta' annullament tas-sejħa għall-offerti - Rikors għal annullament - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: DC-Hadler Networks SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Muller, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn E. Cujo u P. Kuijper, imbagħad minn M. Wilderspin u E. Cujo, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Lulju 2006, li tannulla l-proċedura ta' sejħa għal offerti EuropeAid/122742/C/SUP/RU dwar il-provvista ta' tagħmir informatiku u ta' l-uffiċċju għan-netwerk ta' informazzjoni kif ukoll ta' tagħmir għal integrazzjoni soċjali u għal riedukazzjoni ta' persuni b'diżabilità fid-distrett federali ta' Volga (Federazzjoni tar-Russja)

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2006, li tannulla l-proċeduri għal sejħa għall-offeri EuropeAid/122742/C/SUP/RU, hija annullata

Il-Kummissjoni u DC-Hadler Networks SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 249, 2.12.2006.