Language of document : ECLI:EU:T:2008:529





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/06)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Miżuri ta’ akkumpanjament għall-iżvilupp rurali – Terminu ta’ 24 xahar – Evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż – Kontrolli fundamentali – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet – Prinċipju ta’ proporzjonalità”

1.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Komunikazzjoni li saret wara l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifiki u d-diskussjonijiet mal-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu (8)(1)) (ara l-punti 65-67)

2.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet - Proċedura ta’ konċiljazzjoni - Opinjoni maħruġa mill-Kummissjoni wara l-laqgħa bilaterali - Nuqqas ta’ effett vinkolanti (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu 8) (ara l-punt 75)

3.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Limitazzjoni taċ-ċaħda ta’ finanzjament - Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar - Punt ta’ tluq - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki - Kontenut - Obbligu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 86-88)

4.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punt 96)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Regolamenti - Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ kontroll - Nuqqas ta’ setgħa ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Ġustifikazzjoni - Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ kontroll - Inammissibilità (ara l-punti 101, 102)

6.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Introduzzjoni ta’ differenzjazzjoni fir-rifjut li jiġi kopert infiq skont ir-riskju maħluq għall-FAEGG mill-gravità tan-nuqqas imputabbli lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova (ara l-punt 169)

7.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Prinċipji - Obbligu tal-Kummissjoni li tirrifjuta li jiġi kopert infiq irregolari - Irregolaritajiet ittollerati f’sena finanzjarja għal raġunijiet ta’ ekwità - Applikazzjoni stretta tal-leġiżlazzjoni matul is-sena finanzjarja segwenti - Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Assenza (ara l-punt 171)

8.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Prinċipji - Konformità tal-infiq mar-regoli Komunitarji - Obbligu ta’ kontroll tal-Istati Membri (Artikolu 10 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 185, 186)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta’ Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-miżuri ta’ akkumpanjament għall-iżvilupp rurali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.