Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2009 minn Petrus Kerstens mis-sentenza mogħtija fid-29 ta' Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-102/07, Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-498/09 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

jannulla s-sentenza appellata;

jirrinvija l-kawża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tad-29 ta' Settembru 2009, mogħtija fil-Kawża Kerstens vs Il-Kummissjoni, F-102/07, li permezz tagħha t-TSP ċaħad bħala infondat rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament ta' diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għoti lill-appellant ta' punti ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali (PPDĠ) u ta' punti ta' prijorità minħabba funzjonijiet addizzjonali mwettqa fl-interess tal-istituzzjoni (PPII) fil-proċeduri ta' promozzjoni 2004, 2005 u 2006.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji bbażati fuq:

żball ta' liġi mit-TSP fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali, tal-Artikolu 5 tad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' kriterji ddefiniti mid-Direttur tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Pagament ta' Drittijiet Individwali għall-għoti ta' punti ta' prijorità għas-sena 2005 skont id-dispożizzjoni ċċitata iktar 'il fuq kif ukoll żnaturament tal-provi;

nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tad-difiża inkwantu t-TSP ibbaża ruħu fuq allegat estratt tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera 2004 li ma ġiex ippreżentat u ma setax jiġi kkontestat mill-partijiet.

____________