Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – Ribeiro Sinde Monteiro vs SEAE

(Kawża F-51/14)1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-EEAS – Uffiċjali – Promozzjoni – Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi kollha – Uffiċjali proposti mid-dipartimenti tal-EEAS u uffiċjali mhux proposti – Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni – Evalwazzjonijiet esklużivament litterali)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Manuel Jaime Ribeiro Sinde Monteiro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST 3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013 u li jingħata kumpens għad-dannu morali allegatament subit.DispożittivId-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tad-9 ta’ Ottubru 2013, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2013 hija annullata peress li isem ta’ M. J. Ribeiro Sinde Monteiro ma huwiex inkluż fiha.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament tar-rikors.Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. J. Ribeiro Sinde Monteiro