Language of document : ECLI:EU:T:2012:321





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 taʼ Ġunju 2012 — Berning & Söhne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-445/07)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq taż-żippijiet u ta’ ‘tipi oħra ta’ qafliet’ kif ukoll tal-magni tal-ħjata — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Żidiet fil-prezzijiet miftiehma, iffissar tal-prezzijiet minimi, tqassim tal-klijentela u tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali oħra — Prova — Drittijiet tad-difiża — Ksur uniku u kontinwu — Preskrizzjoni — Multi — Tul u gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità”


1.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri istruttorji — Smigħ tax-xhieda — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 68) (ara l-punti 37, 38)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Deċiżjoni mhux identika għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Kundizzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 47-50)

3.                     Akkordji — Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Impriżi li jistgħu jinsabu responsabbli għall-ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali — Kriterji (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 69-72)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet — Interruzzjoni — Deċiżjoni ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25(3) u (4) (ara l-punti 104, 105)

5.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tat-tul tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 107, 109, 110)

6.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Aġir differenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Assenza ta’ rilevanza (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 113-118, 130-134)

7.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Metodu ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward ta’ indizji kkunsidrati individwalment (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 125-129)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Saħħa probatorja ta’ dikjarazzjonijiet volontarji magħmula mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju bil-għan li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni (Artikolu 81(1), KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04 u 2002/C 45/03) (ara l-punti 135, 136, 167, 168)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 202-206)

10.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità u tul tal-ksur — Elementi ta’ evalwazzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal‑Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 207, 208, 210)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 216, 217, 219)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4257 finali, tad-19 ta’ Settembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal‑Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/39.168 — PO/Prodotti tal-ħjata tal‑metall u tal-plastik: qafliet), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Berning & Söhne GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.