Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Ġunju 2012 - Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/09) 

"Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Obbligu tal-Istati Membri li jħarsu u jtejbu l-kwalità tal-arja fl-ambjent - Deroga temporanja mogħtija lil Stat Membru - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Rifjut - Miżura ta' portata individwali - Validità - Konvenzjoni ta' Aarhus"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Milieudefensie (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver, W. Roels u A. Alcover San Pedro, sussegwentement P. Oliver, A. Alcover San Pedro u E. Manhaeve, u finalment P. Oliver, A. Alcover San Pedro u B. Burggraaf, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries, J. Langer u M. de Ree, aġenti); Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment L. Visaggio u A. Baas, sussegwentement L. Visaggio u G. Corstens, aġenti); u il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6121, tat-28 ta' Lulju 2009, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti għal eżami intern mill-ġdid mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tagħha C (2009) 2560 finali, tas-7 ta' April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill-obbligi previsti mid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1).

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni C (2009) 6121 tal-Kummissjoni, tat-28 ta' Lulju 2009, hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009