Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Mejju 2010 - Rautaruukki Oyj vs UASI - Manuel Vigil Pérez (MONTERREY)

(Kawża T-217/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rautaruukki Oyj (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: J. Tanhuanpää, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Manuel Vigil Pérez (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta' Frar 2010, fil-Każ R 1001/2009-2;

tiċħad id-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni Nru B 1173707 kollha kemm hi;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark "MONTERREY" tar-rikorrenti għall-prodotti kollha inklużi fil-klassijiet 6 u 19, skont l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 5276936;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kif ukoll dawk inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inkluż dawk inkorsi mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, jekk hija kellha tkun intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MONTERREY" għal prodotti u servizzi inklużi fil-klassijiet 6, 19 u 37

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Spanjola "MONTERREY" Nru 1695663 għal servizzi inklużi fil-klassi 37; reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Spanjola "MONTERREY" Nru 1695662 għal servizzi inklużi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors parzjalment miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Rigward l-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, sa fejn il-Bord tal-Appell għamel evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tal-prodotti u s-servizzi.

Bit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-regola 99 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, sa fejn il-Bord tal-Appell ppreżuma, żbaljatament, li t-traduzzjoni ta' dritt preċedenti kien fidili għat-test oriġinali.

Bit-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta' trattament ugwali u ta' legalità.

____________