Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/11) 1

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ distanza ta’ għaxart ijiem – Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem sussegwenti – Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor – Tardività tar-rikors)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma bħala kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba t-talba indirizzata mill-uffiċjal mediku tal-Kummissjoni lit-tabib tar-rikorrent sabiex jikseb ċertu informazzjoni dwar il-kura medika li rċieva dan tal-aħħar

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment bħala manifestament inammissibbli, u parzjalment bħala manifestament infondat.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 186, 25.06.2011, p. 34.