Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Anhui Wanwei Updated High Tech Material Industry u Inner Mongolia Mengwei Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/20) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazji antidumping definittivi – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1336 – Kalkolu tal-valur normali – Distorsjonijiet sinjifikattivi fil-pajjiż esportatur – Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Dritt tal-WTO – Prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Segmenti tas-suq – Metodu tan-numri ta’ kontroll tal-prodott – Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament 2016/1036 – Drittijiet tad-difiża– Trattament kunfidenzjali – Artikoli 19 u 20 tar-Regolament 2016/1036”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anhui Wanwei Updated High Tech Material Industry Co. Ltd (Chaohu, iċ-Ċina), Inner Mongolia Mengwei Technology Co. Ltd (Bai Town, iċ-Ċina) ) (rappreżentanti: J. Cornelis, F. Graafsma u E. Vermulst, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: G. Luengo, aġent)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Wegochem Europe BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant : R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti : A. Neergaard, D. Moore u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : H. Marcos Fraile u B. Driessen, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukata), Kuraray Europe GmbH (Hattersheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. MacLean u D. Sevilla Pascual, avukati), Sekisui Specialty Chemicals Europe SL (La Canonja, Spanja) (rappreżentanti : A. Borsos u J. Jousma, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lilhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Anhui Wanwei Updated High-Tech Material Industry Co. Ltd u Inner Mongolia Mengwei Technology Co. Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Kuraray Europe GmbH u minn Sekisui Specialty Chemicals Europe SL.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Wegochem Europe BV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 62, 22.2.2021.