Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – NRW.Bank vs SRB

(Kawża T-466/16 RENV) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività – Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63 – Esklużjoni ta’ ċerti obbligazzjonijiet mill-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante – Self għall-iżvilupp – Attivitajiet awżiljarji ta’ żvilupp – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: NRW.Bank (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti : J. Seitz u C. Marx, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti : H. Ehlers, J. Kerlin u C. De Falco, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : A. Sikora-Kalėda u J. Bauerschmidt, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : D. Triantafyllou, A. Steiblytė u A. Nijenhuis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/ES/2022/23 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), tas-27 ta’ April 2022, li tirtira d-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2016/06 tas-SRB tal-15 ta’ April 2016, dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, sa fejn din tikkonċerna lil NRW.Bank, u tad-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2016/13 tas-SRB, tal-20 ta’ Mejju 2016, dwar l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li tissupplimenta d-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2016/06, sa fejn tikkonċerna lil NRW.Bank, u tikkalkola l-kontribuzzjonijiet ex ante ta’ NRW.Bank għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn NRW.Bank relatati mal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kawża C-662/19 P.

NRW.Bank għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mis-SRB relatati mal-proċedura tar-rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-kawża T-466/16 RENV, kif ukoll mal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-kawża T-466/16.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 371, 10.10.2016.