Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Inner Mongolia Shuangxin Environment-Friendly Material vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-763/20) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2020/1336 – Kalkolu tal-valur normali – Distorsjonijiet sinjifikattivi fil-pajjiż esportatur – Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Dritt tal-WTO – Prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi – Għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq – Informazzjoni faċilment disponibbli – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Kunċett ta’ ‘informazzjoni neċessarja’ – Artikolu 18 tar-Regolament 2016/1036 – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Segmenti tas-suq – Metodu tan-numri ta’ kontroll tal-prodott – Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament 2016/1036 – Drittijiet tad-difiża – Trattament kunfidenzjali – Artikoli 19 u 20 tar-Regolament 2016/1036”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Inner Mongolia Shuangxin Environment-Friendly Material Co. Ltd (Ordos, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Cornelis, F. Graafsma u E. Vermulst, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: G. Luengo, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Wegochem Europe BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard, D. Moore u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile u B. Driessen, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukata), Kuraray Europe GmbH (Hattersheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. MacLean u D. Sevilla Pascual, avukati), Sekisui Specialty Chemicals Europe SL (La Canonja, Spanja) (rappreżentanti: A. Borsos u J. Jousma, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1), sa fejn jikkonċernaha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Inner Mongolia Shuangxin Environment-Friendly Material Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Kuraray Europe GmbH u minn Sekisui Specialty Chemicals Europe SL.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Wegochem Europe BV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 53, 15.2.2021.