Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 – Kakol vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda F-1/14 u F-48/14) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 – Rekwiżiti ta’ eliġibbliltà – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Ammissjoni li tipparteċipa f’kompetizzjoni simili preċedenti – Dmir ta’ motivazzjoni speċifiku – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Danuta Kakol (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment F. Frabetti, avukat, sussegwentement R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

F-1/14: Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrenti ma tiġix aċċettata għall-fażi ta’ evalwazzjoni minħabba l-livell ta’ edukazzjoni tagħha li ma jikkorrispondix għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas tliet snin, iċċertifikat b’lawrea marbuta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ/kwalifika professjonali b’rabta man-natura tal-funzjonijiet u ta’ livell ekwivalenti.

F-48/14:Talba, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 li permezz tagħha l-bord tal-għażla kkostitwit f’din il-proċedura ta’ selezzjoni UE Karrieri EPSO/AD/177/10 - AUDIT2013 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013 li ma tippermettix lir-rikorrenti tgħaddi għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni minħabba l-livell tal-edukazzjoni tagħha li ma jikkorrispondix għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ekwivalenti għal tliet snin bħala minimu, sanzjonat b’diploma b’rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ/kwalifika professjonali b’rabta man-natura tal-funzjonijiet u ta’ livell ekwivalenti, u, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013.Dispożittiv tas-sentenza Il-kawża F-1/14 għandha titħassar mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.Id-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 tal-bord tal-għażla EPSO/AD/177/10 li D. Kakol ma titħalliex tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10 hija annullata.Il-kumplament tar-rikors fil-kawża F-48/14 huwa miċħud.Fil-kawża F-1/14, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż ta’ D. Kakol u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha.Fil-kawża F-48/14, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ D. Kakol.