Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 – Perfetti Van Melle vs UASI (DAISY)

(Kawża T-381/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tal-10 ta’ April 2013, fil-Każ R 427/2012-1, sa fejn hija tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “DAISY” għall-prodotti segwenti: ħelu, pasti, ħlewwiet, ħelu artab, ħelu li togħmod, karamella, chewing-gum, ġelatina (ħelu), likwirizja, lollipops, toffee, pastilji, zokkor, ċikkulata, kakaw;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark Komunitarja verbali “DAISY” għal prodotti fil-klassi 30 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru°10 267 037Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-kelma “DAISY” ma għandhiex karattru deskrittiv;ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru°207/2009 peress li l-kelma “DAISY” ma tiddeskrivix karatteristika essenzjali tal-prodott;ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru°207/2009 peress li l-kelma “DAISY” għandha karattru distintiv għal prodotti tal-ħelu.