Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0580\tra-doc-mt-req_comm-t-0580-2015-201511064-02_00.doc

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2015 – Flamagas vs UASI - MatMind (CLIPPER)

(Kawża T-580/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flamagas, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, G. Hinarejos Mulliez u D. Gabarre Armengol, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MatMind Srl (Formello, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tridimensjonali (Forma ta’ lajter li tinkludi l-element verbali “CLIPPER”) – Trade mark Komunitarja Nru 4 758 652

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30/07/2015 fil-Każ R 942/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-22/03/2013 fil-Proċedimenti Nru C 5642 kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 758 652;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________