Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2016 – For Tune vs EUIPO – Gastwerk Hotel Hamburg (fortune)

(Kawża T-579/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fortune – Trade mark verbali Ġermaniża preċedenti FORTUNE-HOTELS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: For Tune sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: K. Popławska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gastwerk Hotel Hamburg GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2808/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gastwerk Hotel Hamburg u For Tune.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

For Tune sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 398, 30.11.2015.