Language of document : ECLI:EU:T:2016:337





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is‑Sitt Awla) tal-25 ta’ Mejju 2016 – Syndial vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑581/15)

“Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jikkonċernaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Italja – Eventwali nuqqas ta’ osservanza tad-Direttivi 2011/92/UE u 1999/13/KE – Tindif ta’ ex sit industrijali (Cengio-Saliceto) – Rifjut ta’ aċċess – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Suġġett – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 4 u 11 u Artikoli 1 u 4) (ara l-punt 28)

2.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti – Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2)) (ara l-punti 30, 32, 33)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Applikazzjoni għad-dokumenti relatati ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu matul il-fażi prekontenzjuża tagħha – Preżunzjoni ġenerali tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Ammissibbiltà – Limiti (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 34, 36)

4.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Invokazzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba – Neċessità li jiġu sostnuti kunsiderazzjonijiet partikolari relatati mal-każ (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 37-39, 45)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Interess suġġettiv tal-persuna kkonċernata li tiddefendi ruħha – Esklużjoni (Artikolu 15 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 2(1), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punti 43, 44)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu li jingħata aċċess parzjali għad-data mhux koperta mill-eċċezzjonijiet – Applikazzjoni għad-dokumenti li jaqgħu taħt kategorija koperta minn preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess – Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(6)) (ara l-punti 53, 54)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2015 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura dwar eventwali nuqqas ta’ twettiq mir-Repubblika Taljana tal-obbligi tagħha li jirriżultaw mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1), kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Syndial SpA – Attività Diversificate hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.