Language of document : ECLI:EU:T:2016:674





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – Azur Space Solar Power vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji u ta’ briks bojod fuq sfond iswed)

(Kawża T-578/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrapreżenta linja u briks bojod fuq sfond iswed — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 11, 12)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva kkostitwita mir-rappreżentazzjoni bidimensjonali ta’ prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 13-18)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji u briks bojod fuq sfond iswed

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 20, 30, 41, 42)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Reġistrazzjoni ta’ trade mark ġdida – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 76(1))

(ara l-punti 34, 35)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2780/2014-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji bojod u briks fuq sfond iswed.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Azur Space Solar Power GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.