Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Flamagas vs EUIPO – MatMind (CLIPPER)

(Kawża T-580/15) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ lajter bil-ġwienaħ laterali, li jinkludi l-element verbali CLIPPER – Forma neċessarja għall-kisba tar-riżultat tekniku – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ deskrizzjoni tat-trade mark fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flamagas, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, G. Hinarejos Mulliez u D. Gabarre Armengol, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MatMind Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipriani u M. Cavattoni, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2015 (Każ R 924/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn MatMind u Flamagas.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Flamagas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 38, 1.2.2016.