Language of document : ECLI:EU:T:2017:433


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2017 –
Flamagas/EUIPO – MatMind (CLIPPER)

(Kawża T580/15)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ lajter bil-ġwienaħ laterali, li jinkludi l-element verbali CLIPPER – Forma neċessarja għall-kisba tar-riżultat tekniku – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ deskrizzjoni tat-trade mark fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni”)

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta' riżultat tekniku – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tal-interess ġenerali relatat miegħu

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)]

(ara l-punti 21-23)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta’ riżultat tekniku – Kunċett – Eżistenza ta’ proċeduri oħra li jippermettu li jintlaħaq l-istess riżultat tekniku – Assenza ta’ effett fuq il-motiv ta’ rifjut

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)]

(ara l-punti 24, 59)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta' riżultat tekniku – Identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta’ sinjal tridimensjonali

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)]

(ara l-punti 25-27)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009 – Forma ta’ lajter bil-ġwienaħ laterali, li jinkludi l-element verbali CLIPPER

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)]

(ara l-punti 37-40, 49, 51-53, 61)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott  – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b), u 52(1)(a)]

(ara l-punti 68-70)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u (3), u 52(2)]

(ara l-punt 83)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Lulju 2015 (Każ R 924/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn MatMind u Flamagas.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Flamagas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.