Language of document : ECLI:EU:T:2018:305

Kawża T‑577/15

Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SHERPA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SHERPA – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali – Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament 2017/1001) – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament 2017/1001)”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Mejju 2018

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Neċessità li tiġi rregolata din il-kwistjoni, meta titqajjem mill-applikant, qabel id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2))

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Assenza ta’ preżentazzjoni ta’ motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-prova ta’ użu ġenwin

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2))

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Bdil fit-termini tat-tilwima kif ippreżentata quddiem il-Bord tal-Appell – Inammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali SHERPA

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 44, 45)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 46)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 52)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 57)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 58, 59, 65 sa 67, 70 sa 72)

6.      Skont il-ġurisprudenza, ix-xebh bejn il-prodotti jew is-servizzi għandu jiġi evalwat b’teħid kont tal-fatturi rilevanti kollha li jikkaratterizzaw il-konnessjoni eżistenti bejn il-prodotti u s-servizzi kkonċernati, inklużi n-natura tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, l-użu tagħhom kif ukoll il-karattru kompetittiv jew komplementari tagħhom. Għaldaqstant, il-komplementarjetà li teżisti bejn prodotti u servizzi, b’mod partikolari l-fatt li xi wħud jistgħu jintużaw flimkien mal-oħrajn, jista’ joħloq, fi ħdan il-pubbliku rilevanti, il-perċezzjoni li dawn il-prodotti u dawn is-servizzi huma simili.

(ara l-punti 68, 69)

7.      Skont il-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali għandha setgħa li tbiddel, iżda l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa huwa limitat għal sitwazzjonijiet li fihom, wara li tkun stħarrġet l-evalwazzjoni magħmula mill-Bord tal-Appell, hija tkun f’pożizzjoni li tiddetermina, abbażi ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi kif stabbiliti, id-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kellu jieħu. Il-Qorti Ġenerali ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell ma tagħha u lanqas ma tipproċedi għal evalwazzjoni li dwarha l-Bord tal-Appell ikun għadu ma ħax pożizzjoni.

–        Il-Qorti Ġenerali ma tistax teżerċita din is-setgħa li tbiddel mingħajr ma teċċedi l-limiti imposti fuqha mill-ġurisprudenza, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax pożizzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, dwar il-portata u l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn limitazzjoni tal-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, introdotta matul il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, għal dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-identiċità jew tax-xebh tal-prodotti koperti mit-trade marks konfliġġenti, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex, f’dan ir-rigward, evalwazzjoni li skont il-ġurisprudenza hija tista’ tistħarreġ kif ukoll, jekk ikun il-każ, tbiddel.

(ara l-punti 87, 88)