Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali d-29 ta’ Novembru 2023 – Claro vs EUIPO– Claranet Europe (Claro)

(Kawża T-661/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea claro – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CLARANET – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Claro SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentant: J. Ferreira Sardinha, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Claranet Europe Ltd (Saint Hélier, Jersey) (rappreżentant: M. Forde, solicitor)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 1674/2021-5).

Dispożittiv

Ir-Rikors huwa miċħud

Claro SA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Claranet Europe Ltd.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 7, 9.1.2023.