Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Marzu 2022 – Saint-Louis Sucre vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, SICA des betteraviers d’Etrepagny

(Kawża C-183/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Saint-Louis Sucre

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, SICA des betteraviers d’Etrepagny

Domandi preliminari

Ir-regola stabbilita permezz tal-Artikolu 153(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 1 li jgħid li l-istatuti ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jeħtieġu lill-membri tagħha li “ikunu membri biss ta’ organizzazzjoni tal-produtturi waħda għal kwalunkwe prodott partikolari tal-impriża”, għandha tiġi interpretata bħala li tapplika biss għall-membri produtturi?

Sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju previst mill-Artikolu 153(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jgħid li l-membri li huma produtturi ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi għandhom jeżaminaw bir-reqqa u b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet meħudin minn din tal-aħħar:

hemm lok, sabiex tiġi evalwata l-indipendenza tal-membri tal-organizzazzjoni, li jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod esklużiv iż-żamma tal-kapital tagħhom mill-istess persuna fiżika jew ġuridika, jew ukoll ta’ rabtiet oħra bħal, għall-membri produtturi l-eżerċizzju ta’ responsabbilitajiet tal-ġestjoni fi ħdan tali konfederazzjoni?

huwa suffiċjenti, sabiex jiġi konkluż li l-kontroll eżerċitat fuq l-organizzjoni mill-membri produtturi tagħha huwa reali, li dawn tal-aħħar ikollhom il-maġġoranza tal-voti, jew għandu jiġi eżaminat jekk, fid-dawl tat-tqassim tal-voti bejn membri realment indipendenti, il-parti tal-voti ta’ membru wieħed jew diversi mhux produtturi tqiegħdhomx f’pożizzjoni, anki mingħajr maġġoranza, li jikkontrollaw id-deċiżjonijiet meħudin mill-organizzazzjoni?

____________

1     ĠU 2013, L 347, p. 671 u rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, ĠU 2016, L 130, p. 8, ĠU 2020, L 1, p. 5.