Language of document : ECLI:EU:T:2011:379





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 – Winzer Pharma vs UASI – Alcon (OFTAL CUSI)

(Kawża T-160/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTAL CUSI – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ophtal – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 - Portata identika għal dik tal-Artikolu 253 KE (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 73) (ara l-punt 34)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 96, 98)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2009 (Każ R 1471/2007-1), dwar proċedimenti ta oppożizzjoni bejn Dr. Robert Winzer Pharma GmbH u Alcon Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. Robert Winzer Pharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Alcon Inc.