Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Marzu 2013 - Mayer Naman vs UASI - Daniel e Mayer (David Mayer)

(Kawża T-498/10) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva David Mayer - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DANIEL & MAYER MADE IN ITALY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba tal-prova tal-użu ġenwin imressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Tardività - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: David Mayer Naman (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Sutti, S. Cazzaniga u V. Fedele, sussegwentement V. Fedele u M. Spolidoro, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Daniel e Mayer Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Andreolini u A. Parini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Lulju 2010 (Każ R 413/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Daniel e Mayer Srl u David Mayer Naman.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

David Mayer Naman huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010