Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2013 – MOL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-499/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat Ftehim bejn l-Istat Ungeriż u l-kumpannija taż-żejt u l-gass MOL dwar tariffi tax-xogħol fil-minjieri marbuta mal-estrazzjoni tal-idrokarburi Emenda sussegwenti tas-sistema legali tat-tariffi Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern Natura selettiva”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, barrister, u C. van der Meer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/88/UE, tad-9 ta’ Ġunju 2010, dwar għajnuna mill-istat C 1/09 (ex NN 69/08) mogħtija mill-Ungerija lil MOL Nyrt. (ĠU 2011, L 34, p. 55) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn hija tordna l-irkupru tal-ammonti kkonċernati mingħand din tal-aħħar.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2011/88/UE, tad-9 ta’ Ġunju 2010, dwar għajnuna mill-istat C 1/09 (ex NN 69/08) mogħtija mill-Ungerija lil MOL Nyrt., hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.