Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2009 - Matkompaniet vs UASI - DF World of Spices (KATOZ)

(Kawża T-473/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Matkompaniet AB (Borås, l-Iżvezja) (rappreżentant: J. Gulliksson, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DF World of Spices GmbH (Dissen, Il-Ġermanja)

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Settembru 2009 fil-Każ R 1023/2008-2;

tordna lill-appellat ibati l-ispejjeż sostnuti f'din il-kawża u f'dik ta' qabilha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Matkompaniet AB

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "KATOZ", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Ġermaniża rreġistrata għat-trade mark figurattiva "KATTUS", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress illi l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati

____________