Language of document : ECLI:EU:F:2013:8

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tielet Awla)

29 ta’ Jannar 2013

Kawża F‑79/12

Karel Brus

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi invokati — Rikors manifestament inammissibbli”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu K. Brus jitlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Settembru 2011, li jirrigwardaw rispettivament ir-revoka tiegħu u t-tnaqqis tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu, sussegwentement għall-proċedura dixxiplinari mibdija minħabba ksur tal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni ċara u preċiża tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 35(1)(e))


Skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont l-Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ir-rikors għandu jinkludi l-motivi u l-argumenti ta’ fatt u ta’ dritt imressqa. Dawn il-motivi u l-argumenti għandhom jiġu ppreżentati b’mod suffiċjentement ċar u preċiż sabiex il-konvenut ikun jista’ jipprepara d-difiża tiegħu u sabiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jkun jista’ jiddeċiedi dwar ir-rikors, jekk ikun il-każ, mingħajr informazzjoni addizzjonali. Sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa meħtieġ li, sabiex rikors ikun ammissibbli, il-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ikun ibbażat ir-rikors jirriżultaw, minn tal-inqas b’mod sommarju, iżda b’mod koerenti u komprensibbli, mit-test tar-rikors stess.

(ara l-punt 19)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 15 ta’ Settembru 2011, Bennett et vs UASI, F‑102/09, punt 115; 1 ta’ Frar 2012, Bancale u Buccheri vs Il‑Kummissjoni, F‑123/10, punt 38; 8 ta’ Marzu 2012, Kerstens vs Il‑Kummissjoni, F‑12/10, punt 68