Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Tegometall International vs UASI – Irega (MEGO)

(Kawża T-11/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali MEGO – Raġuni relattiva għal rifjut – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti – Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tegometall International AG (Lengwil, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Timmann u E. Schaper, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Irega AG (Zuchwil, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tegometall International AG u Irega AG.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1) hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Tegometall International AG quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.