Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2011 - Paul Hartmann AG vs UASI Protecsom (DIGNITUDE)

(Kawża T-504/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Paul Hartmann AG (Heidenheim an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Protecsom SAS (Valognes, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Lulju 2011 fil-Każ R 1197/2010-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "DIGNITUDE" għal prodotti fil-klassijiet 5, 24 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7506025

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7436603 tat-trade mark verbali "Dignity" għal prodotti fil-klassi 5; Trade mark Ġermaniża Nru 302008076849.5/05, tat-trade mark vebali "Dignity" għal prodotti fil-klassijiet 5 u 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta' konfużjoni, b'mod partikolari tax-xebh ta' bejn il-prodotti.

____________