Language of document : ECLI:EU:F:2007:205

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tieni Awla)

22 ta’ Novembru 2007

Kawża F-34/06

Christos Michail

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2004 – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu C. Michail jitlob l-annullament tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2004, l-annullament tad-deċiżjoni, tal-4 ta’ Novembru 2005, li tiċħad l-ilment mir-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera 2004, kif ukoll li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallsu s-somma ta’ EUR 120 000 bħala kumpens għal danni morali li huwa allegatament sofra.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

Mill-fatt li ma tistax issir evalwazzjoni ta’ l-effiċjenza, ta’ l-abilità u tal-kondotta fis-servizz ta’ uffiċjal għal perijodu li fih l-ebda funzjoni ma ġiet assenjata lilu, jirriżulta li uffiċjal ma jistax jilmenta li rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera għal sena speċifika, li huwa kien is-suġġett tiegħu, ma jkunx jinkludi evalwazzjoni għal dan il-perijodu.

(ara l-punt 31)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 22 ta’ Novembru 2007, Michail vs Il‑Kummissjoni, F-67/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 33