Language of document : ECLI:EU:T:2013:198





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T‑507/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Peek & Cloppenburg — Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Peek & Cloppenburg — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Kundizzjonijiet — Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni — Evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregola s-sinjal invokat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 18‑20, 47)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Sinjal li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark iktar reċenti — Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(4)(b) u 74(1)) (ara l-punti 20‑22)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Trade mark verbali Peek & Cloppenburg — Isem kummerċjali Peek & Cloppenburg (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 24, 25, 31, 37, 38, 54, 55)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq — Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 30)

5.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell — Annullament jew bidla għal kawżi li jseħħu wara li tingħata d-deċiżjoni — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 33)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Portata lokali tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 47‑52, 54)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Portata lokali tas-sinjal — Mezzi ta’ prova (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 53)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 taʼ Frar 2011 (Każ R 262/2005‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u Peek & Cloppenburg KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peek & Cloppenburg KG hija kkundannata għall-ispejjeż.